L-imħabba għal dejjem?
L-imħabba hija għal dejjem? Din hija mistoqsija li ħafna minnha jagħmlu u kulħadd għandu l-ħsieb tiegħu. Ħa nagħmluha iktar sempliċi din il-mistoqsija, jekk forsi għamilt xi 6 snin għarus/a, u issa ilek xi 20 sena miżżewweġ jew miżżewwġa, lill-mara jew lir-raġel għadek tħobbu jew tħobbha daqs meta kont fil-bidu tar-relazzjoni? Ġieli tara u taqra fuq anzjani li ilhom xi 50 sena flimkien u dawn jirrakkontaw kif għadhom iħobbu lil xulxin daqs meta kienu żgħar però mbagħad tisma’ wkoll b’koppji li din l-imħabba ma għadhiex l-istess u li issa huma biss ħbieb.
L-imħabba hija stramba, iebsa u biex tibża’ għaliha trid taħdem kuljum, però wieħed irid jgħid li din il-ħidma trid tiġi miż-żewġ partijiet u mhux minn parti waħda biss. Illum jeżistu ħafna aljenazzjonijiet u anka tentazzjonijiet li wieħed jekk ma jkunx b’saħħtu faċli jitfixkel.