L-istress li jġib il-ġbir ta’ flus għar-rigali tal-Milied … għaliex?
Deħlin lejn l-aktar xahar li fih attivitajiet, festini, ikliet u nfieq ta’ flus. Imma qatt naħsbu f’min ma jistax jaffordja daqs ħaddieħor?
Qed ngħidu dan għax spiss fuq il-postijiet tax-xogħol isir ġbir komuni biex jinxtara rigal wieħed u forsi dak li jkun, għax iħossu skomdu joħroġ mal-bqija biex ma jidhirx ikrah. Is-somom ivarjaw; ikun hemm dawk raġonevoli u oħrajn ħafna għola li dak li jkun forsi jarahom żejda f’dan il-perjodu ta’ festi.
Jekk verament nemmnu li l-qalb kollox, għaliex ma naċċettawx li kulħadd jagħti x’jixtieq u mhux niġbru kollettivament biex nixtru rigal li jidher kbir?!
Fiha x’tomgħod din!