Laħam ġenwin u ppreżentat lill-klijent, b’sengħa.

 Laħam ġenwin u ppreżentat lill-klijent, b’sengħa.

Jien Neil Mifsud, għandi 32 sena. Meta kelli 16 -il sena bdejt immur naħdem maz-ziju tiegħi l- biċċerija. Kont nattendi l-Mcast għal construction engineer imma l-passjoni għal din is-sengħa rebħitni.

FJannar li ġej nagħlaq 12 -il sena bil-ħanut. Peress li kont naħdem f’dan is-settur ma’ tal- familja u f’din sena dejjem hemm x’titgħallem, xtaqt li jkolli xi ħaġa tiegħi u bl-għajnuna tan- nannu l-ħolma rnexxiet.

Magħrufin għall-kwalità ta’ laħam dak lokali. Iċ-Ċanga (beef) nagħżluha aħna għall-fatt li noqtluha aħna stess. Bħala laħmijiet naħdmu ħafna l-frisk ta’ kuljum. Iz-zalzett Malti, braġjoli u l-burgers li nagħmlu aħna huma l-aktar items li nbiegħu għax ġenwini u friski kull ġimgħa.

Għamilt żmien naħseb fl-idea li niftaħ aktar ħwienet amilt imma hija naqra iebsa biex ikollok iżjed ħwienet u żżomm l-istandard u l-kwalità tax-xogħol.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-tnejn sas-sibt fejn niftħu mis-7.00 san-12.30, il-ħamis u l-ġimgħa niftħu filgħaxijiet ukoll mill-16.30 sa 19.00. Aħna bħala Estate Butcher xogħolna nieħduh b’ serjetà u għax inħobbu vera din is-sena. Naħdmu kif suppost bis-sikkina jiġiefiri nġibu laħam sħiħ nisfaxxawh (naqsmuh) u nispulpjawh (nġibuh bla għadam), u nagħmluh fil-qatgħat skont kif jirrikjedi. Eżempju ribeye, rump eċċ u mhux bil-magni. Klijenti għandna mimn madwar Malta kollha u nemmen li jgħażlu Estate Butcher għax jafdawni fejn jaraw li dak li qed iħallsu għalih huwa prodott ġenwin. Fil-ħajja tal-lum, in-nies ifittxu l-lest, allura nagħmlu ħafna in house products bħal burgers, braġjoli, stir fry, meatballs, meatloaf, sriedaq idissusati ( ineħħu l-għadam mingħajr ma naqsmuh), laham mimli u ħafna iżjed.

Nippreparaw ukoll prodotti għall-klijenti li jbatu b’xi allerġiji jew dieti speċifiċi. Aħna dejjem lesti biex ngħinu lill-klijenti jiddeċiedu x’se jsajru u anka kif għandhom jippreparawh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com