Logħob tal-festi tal-Milied għall-familji
Hekk kif wasal l-ewwel ta’ Diċembru ħafna min-nies issa jibdew jaħsbu biex jarmaw u jżejnu tal-Milied, jibdew jippreparaw u jagħmlu l-pjanijiet għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ma’ min ser iqattgħuh u kif ukoll jibdew jippreparaw biex jixtru r-rigali. Hawn min għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena jippreferi joqgħod ġewwa u jqattagħha ma’ tal-familja u hawn min jippreferi joħroġ u jiddeverti. Xi ikla u ftuħ tar-rigali ma jonqsux fil-Milied avolja l-Milied huwa fejn niċċelebraw il-jum tat-twelid tal-Bambin Ġesù.
Wara li nimlew il-ħawsla, familji ħafna drabi jintfew jilagħbu xi logħob tal-karti bħal ‘Rummy’, ‘Uno’, ‘Poker’ u ‘Spades’ u kif ukoll board games bħal Monopoly; famuża u popolari ma kulħadd fejn nafu li din ma tispiċċa qatt, ‘chess’, ‘checkers’ u anki ‘Scrabble’ fost oħrajn.
Intom liema hija l-favorita tagħkom? u ma’ min tilagħbu?