Logħob tas-snin 80 u 90!

 Logħob tas-snin 80 u 90!

Aħna li trabbejna fis-snin 80 u 90 kellna tfulija sempliċi, mingħajr ħafna xinxilli u lussu li t-teknoloġija tal-llum tofrilna. Dawk it-tfal minn 10 sa 16 il-sena filgħodu konna imorru l-iskola, niġu lura, nagħmlu l-homework, naraw il-cartoons fuq it-taljan, imorru l-mużew jew jekk inkella mużew ma kellnix konna mmoru fi skola oħra, dik tat-triq. Iktar l-isfel f’dan l-artiklu ser nitkellem dwar xi affarijiet li konna nagħmlu f’dawn iż-żminijiet u jekk taħseb sew dawn kważi kollha spiċċaw. Kollha inqatgħu għal xi raġuni jew oħra pero fattur komuni huwa li llum aljenati wisq bil-midja soċjali jew inkella il-logħob fuq il-playstation.

Kemm għadna naraw tfal fit-toroq jilgħabu noli? Aħna niftakar konna nilgħabu noli mar-raħal kollhu, jew inkella il-famuża ħarba, tim kontra tim. Konna inkunu xi 20 tifel u tifla niġru wara xulxin fit-toroq, illum bilkemm tara tfal fit-toroq tagħna jew inkella nilgħabu il-boċċi, mhux dawk tradizzjonali imma dawk qisom tal-ħġieġ, kollha kuluri sbieħ. Li nolqotlok noħodlok!

U xi ngħidu għal-futball fit-toroq? Illum il-ġurnata lanqas kiku tista’ ma tilgħab, għax karozzi il-ħin kollu għaddejin jew inkella dlonk tara lil pulizija ġejjin għax jamlulek rapport.

U bħal dawn kien hemm ħafna aktar tip ta’ logħob, skond il-belt u r-raħal li kont tghix fih.

U int ta’ tifel jew tifla li kont, x’kont tilgħab?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com