Logħob Tradizzjonali Malti
Tiltaqa’ u titkellem ma’ nies differenti kulħadd jgħidlek l-istess ħaġa, kemm il-ħajja tal-llum saret mgħaġġla. Dlonk niftakru fit-tfulija, tfal kienu jilagħbu barra fit-toroq bil-ballun jew anke jħażżu mal-art biex jilagħbu l-passju u kif ukoll dawk li kienu jixtru u jgħaqqdu settijiet ta’ boċċi tal-ħġieġ biex jolqtu l-mamma. Kien żmien ħelu u żgur li ħafna nies jiftakruh. Nixtieq li nżur żmien l-imgħoddi meta l-ħajja kienet iktar sempliċi, inqas mgħaġġla u meta ma kienx għadha teżisti t-teknoloġija avvanzata.
Semmejna l-passju u l-logħob bil-boċċi tal-ħġieġ, dan huwa kollu logħob sempliċi u ta’ tradizzjoni li jqanqal sentimenti u li jagħmel parti mill-kultura Maltija.
Intom x’ logħob kontu tilagħbu?