Malta kontra l-Ingilterra f’ Wembley Stadium

 Malta kontra l-Ingilterra f’ Wembley Stadium

Għada Malta f’ Wembley Stadium tilgħab l-aħħar logħba ta’ Grupp C għall-kwalifikazzjoni ta’ EURO 2024 kontra l-Ingilterra. Għalkemm għall-fini ta’ klassifika din il-logħba m’ għandha l-ebda piż peress li l-Ingilterra huma diġà kwalifikati u Malta m’ għandha l-ebda ċans, 1300 Malti ser jattendu għal din il-logħba biex jagħtu s-support lit-Tim Nazzjonali Malti.

Il-grupp organizzat ta’ supporters Maltin South End Core ħeġġeġ lis-supporters Maltin biex għall-ħabta tal-5.30 jiltaqgħu kollha f’post partikolari biex imbgħad jibdew korteo lejn il-grawnd flimkien f’atmosfera ta’ Festa Maltija. Għalkemm bħala futbol mhux mistenni jkun hemm bilanċ, fuq l-istands wieħed jistenna briju sħiħ bil-kurunetta u marċi brijużi Maltin ġewwa t-tempju tal-futbol Dinji.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com