Narkotiċi Anonimi Malta se torganizza convention nazzjonali f’waħda mil-lukandi ewlenin f’pajjiżna.
Għandek problema ta’ droga? Aqra dan l-artiklu!
In-Narkotici Anonimi ta’ Malta se torganizza konvenzjoni nazzjonali f’waħda mil-lukandi ewlenin f’pajjiżna. (kif jixhed il-poster anness)
In-Narkotici Anonimi jew kif ħafna jafuha iżjed l-NA, hija għaqda ta’ rġiel u nisa li jħabbtu wiċċhom mal-addiction. Ma jagħtux kas razza, identità sesswali, kulur jew reliġjon imma biss, li l-persuna tkun mgħejuna tirkupra.
Isservi biex il-membri jgħinu lil xulxin jibqgħu clean billi ma jużaw lanqas darba biss. L-NA tfakkar li meta addict juża darba, jerġa’ jqajjem il-mostru tal-addiction mill-ġdid u kif jghidu go l-NA “Darba hija ħafna u ħafna mhux biżżejjed.”
Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-NA hija fellowship dinija u addict, jekk ikollu bżonn, ikun fejn ikun u f’kull pajjiz ieħor, ser isib laqgħat tal-NA anke fuq bażi ta’ kuljum. L-NA torganizza wkoll laqgħat fi sptarijiet u istituzzjonijiet bil-għan li tħeġġeġ lill-addict li għadu jsofri fejn jispira ruħu minn addict bħalu jew bħalha li jkunu qed jirkupraw.
Din il-konvenzjoni se ssir f’pajjiżna wara nuqqas ta’ bosta snin fil-Grand Hotel Excelsior fil-Belt Valletta bejn l-10 u t-12 ta’ Novembru fejn ser ikun hemm ukoll avvenimenti ohra relatati fid-9 ta’ Novembru u wkoll wara, jigifieri fit-13 ta’ Novembru.
Jekk inti tirrelata u qed taqra dan l-artiklu, ħu l-opportunità u għamel l-ewwel pass billi attendi. Tista tisma l-esperjenzi ta’ oħrajn kemm Maltin u anke barranin li għaddew jew għadhom għaddejjin minn dak li hu simili li għaddej int u tagħmel kuraġġ. Forsi dan ser ikun l-ewwel pass tiegħek biex tibda tieħu r-ruħ u tirkupra.Ikkonferma l-attendenza tiegħek billi ċċempel fuq 79466566 jew ibgħat email fuq [email protected].
Għal aktar informazzjoni dwar l-NA, tista’ żżur ukoll maltana.org jew il- Facebook page NA Malta.