Nuqqas ta’ Siġar f’Malta

 Nuqqas ta’ Siġar f’Malta

Siġar u Malta… Bħalissa suġġett li kulħadd qed jitkellem fuqu, speċjalment għal dak li ġara l-Mosta u siġar ta’ madwar ir-Rotunda. Iżda nistaqsu, dan għaliex qed isir? Diġà għandna problema kbira li Malta għandna nuqqas ta’ siġar u iktar kemm hija ta’ problema iktar tidher li flok nieħdu ħsieb iktar qed nagħżqu u nġibu s-sitwazzjoni għal-agħar. Ta’ spiss sirna naraw ritratti tal-AI kif Malta kieku tidher b’ iktar siġar u l-verità hija li kieku Malta tidher hekk nafu kemm ikollna iktar ambjent sabiħ u b’arja iktar pura. Hemm ħafna raġunijiet għalfejn għandna bżonn ta’ iktar siġar, 4 punti minnhom huma li:

– Jippurifikaw l-arja tagħna u jiġġieldu l-bidla fil-klima, speċjalment f’ Malta li sjuf saru iktar agħar, iżjed ma jmur.
– Jipprovdu iktar dell u jzommu is-sħana ‘il fuq milli tiżreġ fuqna u l-ħsara li tagħmel lit-toroq.
– Jipproteġu kontra t-tniġġis tal-ilma.
– Apparti li jsebbħu, jgħinu lill-moħħ waqt żmienijiet stressanti.

Naħsbu fuq nota pożittivà, li kieku nibdew niżirgħu żrieragħ tas-siġar u nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna nkunu qed nagħmlu ġid għalina nfusna u kif ukoll għall-ġejjieni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com