Qatt sibt flus barra u tajthom għall-karità?

Qatt sibt xi flus barra u tajthom għall-karità? Hekk ġara meta dlonk kont mixja u sibt 10 ewro fl-art viċin pakkett tal-ikel tal-qtates. Il-ħsieb tiegħi mill-ewwel mar, li xi ħadd bilfors waqgħatlu speċjalment ħdejn pakkett tal-ikel għall-annimali. Qalbi ma ttinix li nżommha jiena, veru li kullħadd dejjem ikollu bżonn il-flus però ġo fija ma ħassejtx li għandi nżommha u għalhekk la sibtha ħdejn dan il-pakkett, tajtha lil Sunshine Animal Sanctuary.
Apparti li jieħdu ħsieb l-annimali u jipprovdu kenn u kif ukoll trattamenti li jiswew il-flus, mingħandhom tista’ wkoll taddotta l-annimali fejn josservaw u jagħmlu mezz biex dak li jkun qabel jaddota, jkunu żguri u ċerti li għand min ser imorru jkunu jafu li l-annimali sejrin f’ dar li ser tilqagħhom u tieħu ħsiebhom kif inhu xieraq.
Kull qattra tgħodd, jgħid il-Malti, u aħna b’qalb kbira bħala poplu dejjem lesti biex ngħinu. Donazzjonijiet dejjem huma aċċettabli u żgur li jieħdu pjaċir b’ kull min ikun jista’ jejn.
Tistgħu tibagħtu l-flus minn fuq revolut kif ukoll billi żżuru l-paġna tagħhom ta’ facebook fejn issib link għal Go Fund Me.