Semplicità m’għadhiex moda
“Sejjer Ma jien”, “mur kun imbierek/a.” Kemm konna nisimgħu dan il-kliem kull filgħodu qabel imorru l-iskola jew ix-xogħol. Aħna ta’ qabel il-millenju konna mdorrijin b’dawn il-kelmiet mingħand il-ġenituri tagħna. Jew inkella qabel norqod ommok isaqsik, għidt talba qabel ma torqod?
Kemm illum għadna nisimgħu dawn il-kelmiet mingħand il-ġenituri l-ġodda? Jien inkluż. Jgħidu iż-żminijiet inbiddlu, m’ għadnix l-istess pero jekk vera huwa hekk, il-valuri għandhom jinbiddlu ukoll? Il-valuri u prinċipji li konna ngħixu qabel għax m’ għadhomx tajbin għal dawn iż-żminijiet? Hemm ħafna fatturi li wasslu għal din il-bidla fil-mentalita pero l-aktar waħda important hija li llum u dan mhux għall-Maltin biss, sirna poplu tax-xejn mhu xejn. Kemm il-darba smajna il-frażi, “ U ejja, tkunx antik” jew “iftaħ moħħok”. Dan kollhu qed iwassal biex illum għandna ħajja aktar mimlija stress biex inleħħqu mal-ħajja ta’ kuljum.
Is-semplicità saret antika, m’għadhiex popolari. Jekk forsi ċertu affarijiet ma jistgħux imorru lura, pero aħna l-ġenituri għandna d-dover u dmir li lit-tfal tagħna intuhom l-aħjar edukazzjoni u imħabba biex il-ġenerazzjoni ta’ għada pitgħada tkun aħjar minn dik tal-llum. Ma jimpurtax jekk mintix reliġjuz jew le, pero li nnisslu f’uliedna s-sens ta’ rispett u dixxiplina għandha tkun normalita.