Smajtu bl-skills card?

 Smajtu bl-skills card?

Smajtu b’din l-iSkills Card il-ġdida? U tafu għal min ser tkun eleġibbli għas-sena 2024? Skills Card diġà hija rikonoxxuta f’pajjiżi oħra tal-UE u din ser tkun qed tiġi introduċuta f’pajjiżna għall-ħiliet u l-abbiltajiet ta’ dawk li jaħdmu fis-settur tal-konstruzzjoni u kemm dawk f’ tat-turiżmu. Din ser tkun mandatorja għall-Maltin kif ukoll għall-barranin li ġejjin mil-EU sas-sena 2025. Din qed isir biex itejjeb drastikament il-kwalità tal-ħaddiema fis-settur u jiżgura li dawk li verament meħtieġa biss jiġu inċentivati biex jiġu hawn Malta.

Sfortunatament, maż-żmien u kif ukoll illum il-ġurnata, f’Malta nsibu ħafna barranin u kif ukoll dawk Maltin jaħdmu rwoli differenti, iżda f’ ċertu ċirkustanzi naraw in-nuqqasijiet li dawn in-nies għandhom speċjalment fis-settur li huma jaħdmu. Uħud anke biex jitkellmu u jiktbu l-ingliż ibatu. Naraw ukoll kemm f’Malta dan l-aħħar 10 snin, is-settur tal-konstruzzjoni kien dejjem fl-‘spotlight’ għal raġunijiet varji speċjalment ħabba l-problema li kien qed ikun hawn aċċidenti fatali ta’ bini li jaqa’, jintradmu u jmutu n-nies. Sfortunatament ftit li xejn hawn liġijiet biżżejed li jassiguraw li l-binja li qed tinbena hija soda u kif ukoll mingħajr periklu għal ħadd.

B’ dawn l-iSkills Card ħa nkunu qed nagħmlu pass ‘il quddiem fejn qed niżguraw li l-poplu Malti għandu dak li jixraqlu u jingħata servizz mingħajr problemi. Din ħa tgħin ukoll biex ħafna minn dawn in-nies ikunu żguri li apparti qed ikollok eżamijiet u ċertifikati x’juru li huma vijabbli biex jaħdmu fis-settur, jistgħu wkoll juru l-kapaċitajiet tagħhom u ta’ fejn jistgħu jilħqu u jikbru fil-pożizzjoni tagħhom. Huwa importanti li nagħrfu li din qed issir bil-għan li ntejbu l-kwalità aktar milli l-kwantità.

Inti taqbel magħha din?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com