Tbati mill-ħruq ta’ stonku? Tazza ħalib veru tgħin?
Aħħ x’sensazzjoni dik! Min jgħaddi minnu, jaf xi tfisser. Tħoss bħal donnu xi ħadd qed jirfdek b’turnavit minn ġewwa.
Kapaċi tkun ġejja minn bosta raġunijiet; ikel aċiduż, ħafna ħelu bħal ċikkulata, ikel mielaħ jew anke mix-xorb. Jista’ jkun ukoll li jkollok ħafna aċtu fid-demm.
Madanakollu tajjeb li wieħed joqgħod attent għal dieta bilanċjata.
Tista’ tnaqqas din is-sensazzjoni kerha ta’ ħruq billi:
- Tieħu apple cider vinegar
- Chewing gum
- Juice tal-aloe vera
- Banana
- Peppermint
Tibqa’ popolari wkoll l-għajta ‘ħu tazza ħalib’. Dan ġej mill-fatt li l-ħalib jinnewtralizzalek l-ikel fl-istonku. Ħalib li jkun xaħmi, kapaċi jagħmillek ħruq ta’ stonku hu stess. Għalhekk tajjeb li tieħu ħalib xkumat. Pruvawhom!