The Artfull Dodger
Ħolma wara l-oħra mwettqa; The Artfull Dodger; suċċess.
Tkellimna ma wieħed mis-sidien…
Jisimni Mark Grima, għandi 62 Sena. Bdejt fl-industrija tal-Entertainment u Hospitality fl-1981. Kont mobile DJ, u bqajt miexi f’ din id-direzzjoni. Flimkien ma’ ħuti, kellna għad ta’ stabbilimenti; Raffles Discotheque, f’St Andrew’s; The Victoria Pub f’St Andrew’s (illum St Michael’s’ School; Medisle Pool, f’Pembroke (llum Sprachcaffe); Għall-Kafe, f’Paceville; The Alley, f’Paceville; The Ministry of Time f’Paceville; Pizza Factory f’Paceville, u l-Fuego Salsa Bars f’Paceville, fil-Qawra, u fl-Għadira.
Il-business partner tiegħi, Roman Gusman, u jien, ftaħna The Artfull Dodger fil-25 ta’ Lulju ta’ din is-sena. Il-post malajr sar magħruf, u qed iżid fil-popolarità kuljum, għax noffru xi ħaġa għal kulħadd; ikel, divertiment, cocktails, u funzjonijiet privati.
Is-sabiħ u l-uniċità ta’ Artfull Dodger hu li dan huwa msawwar fuq kunċett uniku. Bażikament huwa maqsum fi tnejn; il-karattru u l-era tal-film Oliver Twist, The Artful Dodger, u l-Arti. Għandna wkoll is-’signature cocktails’ tagħna li huma Rose Fleming Candy, u Jumanji.
Dan kollu jtini enerġija kbira u entużjażmu biex inkompli nwettaq iżjed ħolm. Il-pjanijiet hemm qegħdin, imiss li nwettaqhom.
Minbarra l-atmosfera u l-ambjent oriġinali, The Artfull Dodger joffri dak kollu li wieħed ifittex fejn jidħol id-divertiment; varjetà ta’ cocktails; varjetà kbira ta’ ikel li jinkludi tapas, pizza u pasta; live entertainment u DJs differenti, u kollox bi prezzijiet moderati. L-Artfull Dodger ikun miftuħ għall-breakfast mis-7.30a.m., sas-sigħat bikrin, b’seating fuq barra wkoll. Nistedinkom tippruvawh!