The Little Red Door Bar

 The Little Red Door Bar

Jien Jean Caruana, għandi 33 sena. Familti dejjem ħadmu fid-dinja tal-catering. The little red door hija t-tarbija tagħna. Bħala isem kien ispirat mill-bieb tal-bar hekk kif inhu żgħir ikkumparat ma’ bibien oħrajn u kif ukoll ikkulurit aħmar.

Issa l-proġett għalaq is-6 sena tiegħu fejn beda bil-mod u f’dawn l-aħħar tliet snin, ħa spinta sew ‘il quddiem u kiber fil-popolarità tiegħu. Din kienet ħolma li seħħet grazzi għall-familja fejn kienu ta’ ispirazzjoni biex għamilnieha realtà.

L-ispeċjalità tagħna hija l-istili u t-tjubija fil-platters tagħna, l-inbejjed u l-cocktails … u min jaf, kemm l-isem u anke l-post jattira ħafna nies. Kulħadd hekk isostni magħna. Tistgħu wkoll toħolqu l-platter li jgħoġob lilkom dak il-ħin bl-ingredjenti li tkunu tixtiequ dduqu dak il-ħin.

Huwa miftuħ kuljum bejn il-17.00 u 12.00am fejn bi prezzijiet raġonevoli, u b’servizz u prodotti ta’ kwalità u anke iva, il-kwantità, intom tiddevertu u tirrilassaw f’The Little Red Door.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com