Tħossha iebsa tibdel is-sieħeb/sieħba jekk relazzjoni mhix sejra tajjeb?
X’mistoqsija dik! Forsi min ma jġarrabx ma jifhimhiex. Hemm min jgħidlek ‘ħeqq le nibqa’ fiha’, imma kif jgħidu l-Ingliżi ‘easier said than done’.
Relazzjonijiet jaf ikunu kumplessi u jinbidlu maż-żmien. Dak li kien ward fil-bidu, isir xewk mal-ħin. Mhux bilfors ikun hemm ġlied u piki imma kapaċi l-persuni jibdew iħossu li kollox miet bejniethom u anke saru qishom ħbieb.
Hemm min jara dan il-fatt bħala ‘plus’ imma hemm min jgħidlek li m’għadux iħoss affezzjoni. Niftakru li kollox jinbidel anke aħna u kapaċi l-persuni jibdew iħarsu lejn xulxin bħala ‘sigurtà’ u xejn iżjed.
Qabel xejn dejjem tajjeb li jkun hemm komunikazzjoni ċara. Counsellours aħna fi Stradarjali m’aħnhiex, imma kultant tajjeb ngħinu lil xulxin b’kuraġġ biex ħajjitna titjieb. Xejn iżjed, xejn inqas. M’aħna nħeġġu la li jieqfu l-koppji imma anqas li jibqgħu f’relazzjonijiet xejn feliċi.
Ħajjitna qasira. Irridu nitgħallmu ngħixuha bla ħsiebijiet tradizzjonali.