Timpika mar-raġel jew mara tiegħek?
L-impiki jġibu iżjed impiki, imma hekk jgħidlu l-istint lill-bniedem. Kif tagħmel jagħmlulek. Iħeġġu biex ma jkunx pastizz u jekk xi ħadd żamm għalih u forsi kien xi ftit egoist, mela dik il-vuċi ġo fik tgħidlek, agħmel l-istess.
Kapaċi dawn l-impiki mal-partners tagħna joħolqu iżjed u iżjed impiki u ċ-ċirku ma jieqafx. Veru wkoll li l-bniedem ma jkunx jista’ ma jagħmilx hekk … dejjem jekk m’għandux dak il-kontroll b’saħħtu fuq l-emozzjonijiet tiegħu u mentalità miftuħa li jgħid ‘ħa nċedi.’ Dawn tal-aħħar, kieku jgħinuh ma jimpikax.
Intom x’taħsbu dwar dan? Tħobbu timpikaw?