X’tagħmel wara s-sess? Hekk staqsejna lin-nies!
Min jixrob l-ilma, min jiekol u min raha mistoqsija vojta. X’tagħmel inti wara s-sess?
Artiklu fil-qosor li laqat lil bosta li wara kollox huwa reali imma għad hawn min jiddejjaq jitkellem dwar dan fil-miftuħ u jarah bħalha suġġett tant privat li kkummentawlna li kien vojt jew inkella ‘ġurnaliżmu tal-bigilla.’
Kien hemm min itteggja lil sħabu biex jiġbdilhom saqajhom imma oħrajn li semmew verament x’jagħmlu wara bħal: ‘nixrob l-ilma għax inkun dehydrated’, ‘niekol għax jaqbadni l-ġuħ’ jew ‘sigarett’.
Bla dubju suġġett bħal dan jibqa’ fiċ-ċentru għaż-żufjett. Kummenti bħal ‘nipprepara għal oħra, jew nara taritlux xi molla s-saqqu ma naqsux. Oħrajn qal ‘2 minutes break’, ‘inċempillek in-news’ jew ‘intella’ video’. Dan forsi juri li bħala soċjetà għadna ‘l bogħod milli niddiskutu b’maturità? Jew forsi dak li jkun veru jiddejjaq jgħid fil-beraħ x’jagħmel u ma jagħmilx u kif qaltilna persuna ‘mhux affarina.’
L-edukazzjoni sesswali hija meħtieġa u bżonnjuża tant li llum fid-dinja moderna xorta għadna nsibu numru ta’ persuni jimirdu bl-HIV jew bl-STD’s minħabba nuqqas t’għarfien sesswali. Is-sess apparti li huwa att ta’ mħabba, sar jintuża iżjed bħala pjaċir?
‘Norqod, nilbes, inċempel taxi, nimsħilha wiċċha, ngħidilha ġib biċċa tal-art’ huma fost il-kummenti li nkitbu.
Intom x’taħsbu dwar dan? Esaġerajna bil-mistoqsija jew uriet kemm għadna rridu nneħħu t-taboo?