5 benefiċċji għaliex tajjeb li nqumu għad-dawl tax-xemx

 5 benefiċċji għaliex tajjeb li nqumu għad-dawl tax-xemx

Għandek problema biex torqod billejl? Qed tfittex mod naturali biex tirregola l-irqad tiegħek? Li tqum għad-dawl tax-xemx filgħodu tista’ tkun waħda mis-soluzzjonijiet. L-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx filgħodu hija essenzjali mhux biss biex ikollna iktar saħħa matul il-ġurnata biss iżda ġenerali ssaħħaħ is-sistema tal-‘immune’, tnaqqas l-istress, u tappoġġja s-saħħa mentali. Apparti hekk, li tqum għad-dawl tax-xemx tgħin ukoll biex inżommu r-ritmu ċirkadjan tagħna f’bilanċ u ċ-ċiklu tal-gisem jidra jorqod malajr u mingħajr disturbi, nqumu mingħajr għajja u aktar b’saħħitna.

Dawn huma 5 minn fost oħrajn benefiċċji għaliex tajjeb li nqumu għad-dawl tax-xemx:

  • Itejjeb il-burdata u s-saħħa mentali.
  • Tfejjaq ċertu kundizzjonijiet u tipproteġi l-ġilda minn ħsara potenzjali.
  • Tipproduċi aktar vitamina D.
  • Isaħħaħ il-metaboliżmu
  • Tirregola r-ritmi ċirkadjani(sleep/wake cycles), li huma responsabbli għall-produzzjoni tal-ormoni u ċ-ċikli tal-irqad.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com