65 sena ta’ titjiriet fl-ajru, tikseb ir-Rekords Dinji l-mara, Bette Nash
Bette Nash, il-mara ta’ 86 sena ħadmet għal aktar minn 65 sena bħala attendant tat-titjira, u b’hekk għamlitha l-aktar attendant fid-dinja li ilha taħdem f’din l-industrija skont Guinness World Records. Wara dawn is-snin kollha, Nash għadha tgawdi l-impjieg tagħha u hija kburija li taħdem bħala attendant tat-titjiriet. Hi tgħid li din kienet il-karriera perfetta għaliha u li tagħtha skop f’ħajjitha. Nash m’għandha l-ebda pjan biex ittemm il-karriera tagħha fl-avjazzjoni, hekk kif għad għandha saħħitha u tiflaħ tkompli bil-ħidma tagħha. Id-dinja tal-avjazzjoni nbidlet kompletament minn meta bdiet taħdem fis-settur iżda tgħid li hi qatt ma rreżistit it-tibdiliet li ġew magħha din l-industrija, anzi taf li dak li kien fl-imgħoddi kellu bżonn jinbidel biex hekk in-nies preżenti jistgħu jgawdu minn titjira aħjar.
Bħala waħda mill-aktar assistenti tat-titjira li ilha, setgħet tagħżel ir-rotta preferuta tagħha, u għalhekk dejjem baqgħet tagħżel it-titjira ta’ New York għal Washington D.C. Tgħid li din tippermettilha tiġi d-dar kull lejl u toqgħod ma’ binha li għandu diżabilità u li tieħu ħsiebu. M’għandha l-ebda dispjaċir li din kienet il-karriera tagħha anzi żgura li kieku kellha titwieled mill-ġdid żgur li terġa’ tagħżel din il-karriera.