Bħal-Lum tafu min kien ġie Malta?

 Bħal-Lum tafu min kien ġie Malta?

Kien bħal-lum 19 ta’ Diċembru tas-sena 1974, meta l-President tar-Repubblika Għarbija tal-Libja, il-Kurunell Muammar El Gaddafi beda żjara f’Malta.

Matul din iż-żjara kien inawgura ċ-Ċentru Iżlamiku f’Raħal Ġdid li kien ukoll mibni mix-Xirka għas-Sejħa Iżlamika.

Niftakru li Malta u l-Libja dejjem kellhom relazzjoni b’saħħitha. Gaddafi kien magħmul membru onorarju tax-Xirka ta’ Ġieħ ir-Repubblika fil-5 ta’ Diċembru tal-1975. Dan l-unur kien tneħħa f’Awwissu tal-2011.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com