Christine Tong tafu min hi?

 Christine Tong tafu min hi?

F’ dawn iż-żminijet ta’ festi nsibu diversi films li nistgħu naraw ma’ tal-familja u mat-tfal, wieħed fost l-oħrajn minn l-aqwa films li ħareġ animat lura fl-2019 kien dak bl-isem ta’ Klaus. Rajtuh? Kemm hu sabiħ, film oriġinal ta’ Netflix fejn jirrakkonta l-istorja tal-ħbiberija li tinħoloq bejn il-pustier Jesper u l-manifattur tal-ġugarelli Klaus, ħbiberija li fl-aħħar mill-aħħar twassal għat-tmiem ta’ polemika antika bejn ir-raħħala ta’ Smeerensburg.

Iżda ħafna ma jafux li waħda mil-kompożituri ta’ dan il-film hija propju Maltija, Christine Tong fejn ħadmet fih bħala ‘Junior Compositor’.  Dejjem hi xi ħaġa sabiħa li naraw talent Malti speċjalment fl-industrija tal-films u aktar meta nafu kemm dan il-film huwa ta’ popolarità kbira.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com