Dari kienu jżejnu bħal-lum…

 Dari kienu jżejnu bħal-lum…

Dari kienu jżejnu mal-festa tal-Kunċizzjoni. Illum il-progress u l-kummerċjaliżmu ħaffef il-proċess ta’ meta jiżżejnu d-djar u t-toroq biex jiġbdu iżjed l-għajn.

Iżda l-festa tal-Kunċizzjoni, li kienet u għadha tkun ġurnata vaganza mix-xogħol, kienet tiġbor lill-membri tal-familja jarmaw fid-djar tagħhom.

Il-qofol kien ikun il-presepju u l-Bambin. Ma nistgħux ma nsemmux il-karti tat-tajr li anke kien jinxtara f’rollijiet u li bihom kienu jiżżejnu wkoll il-klassijiet fl-iskejjel. Il-karti tat-tajr ikkulurit kien jitwaħħa fuq spaga flimkien mal-bżieżaq u kienet xi ħaġa spettakolari. Illum minħabba l-attenzjoni lejn l-ambjent, il-bżieżaq inqatgħu ħlief għal dawk li jkunu bio degradable u xorta m’għadekx tara ħafna.

Il-ġulbiena kien hemm ukoll min jiżragħha bħal-lum u dlonk jibdew jinstemgħu l-għanjiet tradizzjonali tal-Milied jindaqqu fuq ir-radju.

Illum l-istorja hija differenti. Hemm kollox preżenti, jiddependi biss minn kif niddeċiedu aħna … anke diska tfittixha fuq you tube jew mezz ieħor u tismagħħha meta trid. Kos hux!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com