Doqtuha l-Pinsa Romana?

 Doqtuha l-Pinsa Romana?

B’karratru brijjuż u tipikament Taljan, Fausto jilqgħak ġod-dinja tiegħu tal-Pinsa Romana … ir-riħa taqsmek u tiftaħlek l-aptit. Iġġiegħelek idduq u iżjed minn hekk, dak li tara u ttiegħem, iħeġġek tkompli tmur u dduq. Qed nitkellmu fuq il-Pinsa, le mhux il-pizza, imma il-pinsa. Simili għall-pizza imma differenti. Anke l-għamla tagħha hija forma oħra.

Fausto Soldini u Luisa Giannini ddeċidew li jiġu Malta għal btala. Dan kien 11-il sena ilu. L-atmosfera Maltija għoġbithom mhux ftit u ddeċidew li jibqgħu hawnhekk u jiftħu l-ewwel ristorant bl-isem ta’ “Zero sei trattoria Romana”. Tajjeb ngħidu li l-pinsa oriġinarjament bdiet minn Ruma.

Fl-2014, iddeċidew li jiftħu l-ewwel pinseria f’Malta “Sotto Pinsa Romana”. Ilhom f’din id-dinja tal-catering għal madwar 25 sena. Pinsa Romana mhix pizza normali u ssir biss minn 4 tipi ta’ dqiq bi 80 fil-mija minnha tkun mill-ilma. Joffru wkoll master classes ta’ kif tagħmel il-pinsa Romana.

Magħrufin ukoll għall-carbonara. Jekk tħobb tiekol u tissodisfa lilek innifsek b’xi ħaġa tassew bnina, ma tistax ma żżurx dan l-imkejjen. Il-kċina tkun miftuħa kuljum min-nofsinhar sal-11 ta’ billejl fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt Valletta. Idħlu fuq zeroseimalta.com għal iżjed informazzjoni jew biex tordnaw.

L-ikla t-tajba.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com