Għad baqa’ ħbieb sinċiera?

 Għad baqa’ ħbieb sinċiera?

Għad baqa’ ħbieb sinċiera? Mistoqsija tajba ħafna u fiha l-ħsieb…. Hawn min għandu ċirku kbir ta’ ħbieb iżda jgħidulek ftit huma minnhom li navda u sinċiera, hemm min jgħidlek għandi 3 jiġru inqishom parti mill-familja tiegħi u hemm min ftit li xejn għandu ħbieb jew għandu ċirku żgħir. Kulħadd għandu l-preferenzi tiegħu ta’ kemm ikollok ħbieb. Sfotunatament ftit huma dawk il-ħbieb veru fejn issibhom ta’ sapport, sinċiera, qalbhom tajba u verament iridulek il-ġid. Fil-ħajja li ngħixu llum, f’ħafna negattivita’ u għira rridu noqogħdu attenti ħafna aktar lil min nafdaw u ma’ min niftħu qalbna, għax taħseb li qed titkellem ma’ xi ħadd sinċier iżda minn warajk jagħmillek il-ħsara. Hawn min għandu ħbieb li ilhom miegħu minn żmien l-iskola u baqgħu jikbru magħna sal-lum il-ġurnata.

Inti x’taħseb, għad baqa’ ħbieb veru?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com