Ġieli ġejtu misruqa meta kontu msifrin?
Mhux esperjenza sabiħa żgur. Imma sseħħ u saret isseħħ spiss fejn l-aktar li jiġi misruq huwa l-mobile. Tibda ssaqsi, imma x’se jagħmlu bih? Imbagħad illum meta ssib tixtri mobiles anke bi prezz irħis u meta anke hemm il-faċilità li meta jinsteraqlek il-mobile, inti tibblukkjah jew anke tinterċettah.
Imma hija norma li sseħħ speċjalment fl-ibliet kbar fl-Ewropa u ġieli anke f’Malta stess.
Meta ssiefer tajjeb li tieħu ħsieb l-oġġetti li tkun qed iġġorr. Parir sempliċi huwa li jkollok l-inqas affarijiet possibbli fuqek anke minħabba l-fatt li aħna bħala poplu nħobbu nixtru u nispiċċaw noħorġu b’idejna vojta u nidħlu lura fil-lukandi armati sa snienna. Dan joħloq xi ftit kaos fil-ħsieb għaliex tkun trid tivvjaġġa f’post li ma tkunx familjari daqstant miegħu u l-ammont ta’ nies fuq il-mezzi ta’ trasport ikun kbir mhux ħażin.
Bla dubju tajjeb li tkun inxurjat ukoll u tagħmel ir-rapport meħtieġ; sew in persona jew fl-għassa tal-pajjiż li tkun. Trid il-paċenzja. Ikollok taċċetta. Biss, noqogħdu attenti għax esperjenza hekk ittelliflek il-pjaċir.
Moħħkom hemm.