Il-banek saru tal-biża’? Mhux dejjem tort tagħhom!
Tinġibidlek card, trid tordna oħra, tħallas €10 u tistenna madwar 10 t’ijiem tistenna card ġdida. U Dan mhux għax dejjem ikun tort tiegħek. Cards ġieli jinġibdu għaliex l-atm tiddeċiedi li tieqaf.
Trid issarraf ċekk? M’għadekx tista’ imma jitolbuk tiddepżoitah fil-kont… u jekk m’għandekx kont magħhom?
Din toħloq ħafna stress u frustrazzjoni fil-klijenti imma fil-verità, din hija prassi internazzjonali fejn l-industrija bankarja qed taffaċċja tibdil regolatorju u l-banek iridu jaderixxu mar-regolamenti varji; minn anti money laundering sa data protection u iżjed.
M’hemmx x’tagħmel! Paċenzja.