Il-festa Maltija kisbet postha fuq il-lista tal-UNESCO.

 Il-festa Maltija kisbet postha fuq il-lista tal-UNESCO.
Il-festa Maltija kisbet postha fuq il-lista stmata ta’ wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO.
 
It-tħabbira saret uffiċjali l-ġimgha l-oħra, wara risposta pożittiva mill-kumitat tekniku tal-UNESCO, li rrakkomanda l-inklużjoni tal-festa fil-lista prestiġġjuża tal-wirt kulturali intanġibbli tal-umanità. Id-deċiżjoni ġiet formalizzata waqt il-konferenza tal-UNESCO li saret fil-Botswana din il-ġimgħa.
 
Il-UNESCO iddeskriviet il-festa Maltija bħala avveniment komunitarju ta’ oriġini reliġjuża.
 
Filwaqt li l-għeruq tagħha jinsabu fit-tradizzjoni Nisranija, il-festa testendi l-appell soċjali tagħha lil hinn mill-konfini reliġjużi, u tgħaqqad familji u ħbieb flimkien f’ġimgħa ta devozzjoni u ċelebrazzjonijiet esterni.
 
Waqt li sservi bħala forza li tgħaqqad, il-festa tisfida il-kultura tal-modernizzar u individwaliżmu, u trawwem sens qawwi ta’ komunità. Minkejja l-isfidi tal-progress u ħajja mgħaġġla tas-soċjetà, il-festa tibqa’ parti important mill-wirt kulturali ta’ Malta, filwaqt li tissalvagwardja sens profond ta’ identità ta pajjiżna.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com