Il-Kotba jew eBooks?

 Il-Kotba jew eBooks?

Tħobbu taqraw? x’tip ta’ ġeneru tħobbu taqraw u liema hija l-preferenza tagħkom? Diġitali jew print?

Huma dawk il-ħafna li għadek issibom jaqraw xi ktieb meta jsibu ħin kwiet, ħafna drabi dak ikun il-ħin tal-mistrieħ tagħhom. Mal-bidu taż-żmien meta bdew ġejjin moda l-ebooks, il-kotba bdew jieħdu daqqa ta’ ħarta iżda din malajr inbidlet hekk kif ħafna nies xorta jgħidu li ma jbidlux l-esperjenza li jtik ktieb ma’ dak li huwa diġitali. Bħal kull ħaġa oħra hemm il-vantaġġi u l-iżvantaġġi. In-nisġa tal-karta, id-disinn tal-qoxra, u s-sensazzjoni ġenerali ta’ ktieb fiżiku kollha jikkontribwixxu għal esperjenza unika tal-qari. Għal ħafna nies, l-aspett fiżiku ta’ ktieb huwa parti importanti mill-proċess tal-qari.

li taqsam il-kotba fiżiċi mal-ħbieb u jkun hemm tpartit hija wkoll esperjenza sempliċi u pjaċevoli. Kemm jekk qed issellef ktieb lil xi ħabib jew qed tagħtieh donazzjoni lil librerija, il-proċess huwa sempliċi. Bl-eBooks, il-proċess jista’ jkun daqsxejn aktar ikkumplikat, u jagħmilha inqas konvenjenti li taqsam il-kotba li tħobb ma’ oħrajn.

Barra minn hekk, il-ħila li wieħed jinnota, jenfasizza, u jagħmel noti fi ktieb fiżiku huwa aspett importanti tal-esperjenza tal-qari għal ħafna nies. Li tkun kapaċi timmarka fiżikament ktieb u tagħmlu tiegħek huwa aspett uniku tal-qari tal-kotba fiżiċi li mhux possibbli bl-eBooks. Ħafna nies infatti jagħmlu din hekk kif ikunu qed jistudjaw, jew anki jniżżlu xi noti importanti biex ma jinsewx. Kotba fiżiċi wrew li huma ta’ benefiċċju għas-saħħa. Il-qari jista’ jagħti aktar ħajja u perċezzjoni differenti lil dak li jkun qed jaqra, inaqqas il-mard, itejjeb il-memorja, u jnaqqas il-livelli ta’ stress. Barra minn hekk, riċerka ssuġġeriet li l-qari ta’ kotba fiżiċi jista’ jgħin ukoll biex jitnaqqas ir-riskju tal-marda ta’ Alzheimer.

Liema huwa l-aħjar forma għalik biex taqra, diġitali jew ktieb? Hemm xi ktieb li huwa favorit tiegħek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com