Il-pantomimi Maltin

 Il-pantomimi Maltin

L-istaġun tal-pantomimi fl-aħħar wasal, ħafna nies lesti ħerqanin biex jibbukjaw il-biljetti tagħhom, hemm min ukoll ġa qatagħhom u qed jgħoddu l-ġranet biex joqogħdu lura, jirrilassaw u jidħku bil-preżentazzjoni li ser jipproduċu l-atturi bit-talent tagħhom. Il-Pantomima tal-Milied hija t-tradizzjoni ta’ kull sena għal ħafna familji Maltin; huwa dak iż-żmien speċjali tas-sena fejn jaslu biex igawdu lejl fit-teatru mal-maħbubin tagħhom. Il-pantomima oriġinarjament bdiet u ilha tradizzjoni fil-Brittanja għal madwar 200 sena, u qisu m’hemm l-ebda sinjali li din ser tieqaf. Mhux talli daħlet din it-tradizzjoni f’Malta biss iżda matul is-snin rajna kemm dawn il-pantomimi qed jiġu aktar popolari fost il-Maltin ukoll.

Hawn taħt naraw xi wħud mil-pantomimi li tistgħu tmorru taraw mal-familji jew ħbieb tagħkom fil-jiem li ġejjin:

  • GAWGAW: Panto in the Dark li ser jibdew mid-19 ta’ Diċembru u jibqħu għaddejin sat-23 ta’ Diċembru.
  • Aladdin – The Rock ‘N Roll Panto f’ Għawdex li ser tibda mis-26 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Diċembru.
  • Beauty and The Beast – jibda fit-22 ta’ Diċembru u jibqa’ għaddej sas-07 ta’ Jannar 2024.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com