Illum hija Boxing Day

Tafu minn fejn oriġinat Boxing Day u għalfejn fis-26 ta’ Diċembru? Din oriġinat fir-Renju Unit lura fil-Medju Evu, fejn il-qaddejja ta’ dak iż-żmien kienu meħtieġa jaħdmu fil-Milied. Huma kienu responsabbli biex jagħmlu dan ix-xogħol mingħajr l-ebda xkiel għas-sidien ta’ kalibru għoli. L-għada tal-Milied, kien ikun il-jum liberu tagħhom biex ikunu jistgħu jżuru lill-familji tagħhom. Min kien iħaddimhom, kienu jtuhom kaxxa li kienet tkun mimlija rigali u nċentivi. Fl-istess żmien tal-Medju Evu, fil-knejjes kienu jagħmlu kaxxi biex hekk in-nies setgħu jagħtu donazzjoni monetarja u jqassmu lill-foqra.
Għalkemm iż-żminijiet inbidlu, l-kunċett ta’ Boxing Day baqa’ l-istess fejn ħafna familji jiftħu r-rigali tal-Milied f’ din il-ġurnata, kif ukoll dawk huma l-ħafna li ma jkunux xogħol u tingħadd ġurnata ta’ vaganza oħra mal-Milied.
