Illum l-Istrina … Ser tagħtu donazzjoni?
Illum 26 ta’ Diċembru hija l-festa ta’ San Stiefnu fil-kalendarju Kattoliku imma l-festa tal-Istrina fil-kalendarju lokali. Festa ta’ ġenerożità u mħabba fejn nuru l-veru karattru tal-poplu Malti u Għawdxi.
Għalkemm mhux kulħadd isegwi għax qatt ma tista’ tiġġeneralizza, il-jum tal-lum jiġbor ħafna nies flimkien, familji u ħbieb, politiċi, entitajiet, każini u aktar biex isegwu, jiġbru u jmorru jagħtu dik id-donazzjoni żgħira jew kbira li tkun ġejja mill-qalb għażiża tal–poplu. It-telefon ma jaqtax huwa popolari bħal-lum fuq it-televiżjoni.
Ma tistax ma tagħtix. L-istejjer ta’ qsim il-qalb, għalkemm l-għada tal-Milied, forsi jnikktuna xi ftit … imma dik hija l-ħajja. Nistgħu nkunu aħna. Nistgħu aħna stess nibbenefikaw minn dan il-ġid kbir li jinħoloq kull sena b’mod qawwi.
Iżda l-Malti jagħti għax jaf iħobb. Ma jagħtix għaliex għada jista’ jkun hu li jieħu. Jagħti għax fih hemm imsawwar it-tama, ir-rieda li jgħin, ir-rispett u l-altruiżmu.
Inti se ssegwi u tagħti donazzjoni llum? Ċemplu … ejjew nagħmlu rekord ieħor flimkien.