Is-sid ta’ Hermès jagħti l-biljuni lil ġardinar tiegħu

Is-sid ta’ Hermès li hu stmat li għandu daqs $11-il biljun jgħid li qed jippjana li jadotta l-ġardinar tiegħu ta’ 51 sena u jagħtieh nofs il-fortuna tiegħu. Puech is-sid, li m’għandux mara u tfal, jippjana li jħalli nofs il-ġid enormi tiegħu u l-portafoll tal-proprjetà immobbli lill-ġardinar u lill-familja tiegħu. Dan hekk kif inhu ppjanat iżda hu diġà tah proprjetà fil-Marokk u villa fl-Isvizzera, li jiswew total flimkien ta’ kważi $6 miljun. Mhux tajjeb jew?
Inti kieku għandek dan il-ġid kollu, lil min tħallieh jew tagħtieh?