Jekk infqajt, tibqax tiekol għax …
Komuni ħafna din .. inkunu mimlijin u nibqgħu nieklu. Din ġejja minn ħafna fatturi, waħda minnhom biex inħossuna sodisfatti. Hija marbuta wkoll mal-psikoloġija tal-bniedem, li jħossu tajjeb. Mentri fil-fatt, din taħdem kontra għaliex meta nieklu żżejjed nispiċċaw inħossuna se nisplodu iżjed tard u nħawdu l-metaboliżmu tagħna.
Ġo fina jeżistu ormoni li jgħidulhom ‘ghrelin’ li hija stimulu qawwi biex inkomplu nieklu anke jekk infqajna.
Jista’ jkun ukoll li nkunu dehydrated u għalhekk naħsbu li rridu nieklu iżjed. Li nixorbu l-ilma huwa dejjem importanti mhux fis-sajf biss.
Ninfurmaw ruħna għal saħħa aħjar. Niftakru, li ġisimna bħal karozza; isservi kemm nieħdu ħsiebha aħna.