Jekk ma tiflaħx, ibqa’ d-dar!

Vizzju ikrah li għandna huwa li nkunu ma nifilħux u mmorru nxerrdu l-mard lil ħaddieħor. Egoiżmu? Min jaf, hemm min ma jifhimhiex l-istess.
Hemm min jgħidlek ‘ħeqq ħabba x-xogħol’ u l-istess raġunar ikun se jikkawża nuqqas ta’ xogħol għaliex se jimrad ħaddieħor ħabba fik.
Ġieli kull ma jkun hemm bżonn huma jumejn mistrieħ u kollox jiġi għan-normal. Iżjed kemm indumu nduru ma nifilħux, iżjed inżommu l-mikrobi magħna, inxerrdu l-mard u ċ-ċiklu jitkattar.
Intom x’taħsbu dwar dan?