‘Jump for Life’ b’risq il-Fondazzjoni OASI

 ‘Jump for Life’ b’risq il-Fondazzjoni OASI

Mill-1991, il-Fondazzjoni OASI ħadmet bla heda biex tassisti persuni li jittrattaw kwistjonijiet bħall-vizzju, filwaqt li tippromwovi stil ta’ ħajja b’saħħtu permezz ta’ avvenimenti edukattivi, kulturali u sportivi għall-komunità.

L-ewwel edizzjoni ta’ din l-attivita’ kienet ta’ suċċess kbir u għalhekk għal darba oħra ser ikunu qed joħorġu bit-tieni edizzjoni. Din l-isfida b’isem ta’ ‘Jump for Life’ hija b’risq għal ħajja aħjar ‘il bogħod mill-vizzju u ħajja libera. F’din l-attivita’, ha jkun hemm ħin għall-għawm, mixja ħelwa lejn Sanap Cliffs u ‘canoeing’ fost oħrajn. Dan l-avveniment ser ikun miftuħ għal kulħadd fejn ser tkun qiegħda ssir għada, 30 ta’ Diċembru fix-Xlendi Għawdex. L-ħinijiet ta’ din l-attivita jibdew mit- 8:45 AM sa 12:00 PM 🕒

Il-postijiet huma limitati, għalhekk titlifx dan iċ-ċans li tifriska ruħek u tibda l-countdown tal-Ewwel tas-Sena tiegħek b’qabża! 🎉💦

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt jew skennja l-kodiċi QR biex tapplika!
https://forms.gle/QDfo8Snv4rvMHi3T6

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com