Kemm-il darba jitilgħu ritratti fuq facebook…

 Kemm-il darba jitilgħu ritratti fuq facebook…

Kemm-il darba jitilgħu ritratti fuq facebook b’xi kwota li nħossu nirrelataw ħafna magħha qisu jkunu jafu minn xhiex għaddejjin u aħna stess ngħidu bejna u bejn ruħna, dan kif jaf? Din fil-verità hija li facebook bħal kull pjattaforma oħra li teżisti, jkun qed jagħmel użu mill-algoritmi tiegħu fejn juża l-għarfien li dawn jirriżultaw minn sinteżi ta’ miljuni ta’ klikks, tiftix, likes, xiri bhal ‘ecommerce’ u ħafna aktar fatturi. Facebook isegwi dak kollu li tagħmel inti fuq is-sit. Is-suġġetti li jinteresawk, in-nies kollha li ssegwi, il-ħbieb tiegħek, x’ informazzjoni għandek miktuba fuq il-profil tiegħek, il-paġni ta’ kumpaniji oħra li ssegwi u ħafna iktar minn dan. Toqgħod taħseb naqra fuqha, hi xi ħaġa tal-bizà għax tgħid li lanqas privatezza m’għandek u hekk hu, privatezza fuq il-midja soċjali ma teżistix!

Ejjew noqogħdu attenti mela ta’ x’ informazzjoni nitfgħu, data tagħna personali u kif ukoll x’ritratti nitfgħu speċjalment dawk ir-ritratti fejn hemm jidhru nies oħra. Importanti li dejjem inġibu l-kunsens tagħhom qabel nitfgħuhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com