Kemm tħobbni minn 1 sa 10?
Kemm tħobbni minn 1 sa 10? Din kienet mistoqsija li għad hawn min jistaqsieha lil uliedu li għadhom żgħar fl-eta’. Għalfejn nistaqsu din il-mistoqsija? Fil-verita’ t-tfal meta jkunu għadhom żgħar u pjuttost innoċenti ma jkunux jafu xi tfisser imħabba u ma jkunux jafu juruha. Minjaf kemm-il darba l-ġenituri jistaqsuha lil uliedhom biex jaraw min ha jaqla’ l-iktar punti bejn l-omm u l-missier… iżda jafu li r-risposta ma tfisser xejn għax l-imħabba bejn il-ġenitur u l-ulied hija bla qies u l-istess mill-ulied għall-ġenituri.