Kemm tieħu gost issuq fit-toroq Maltin f’festa

Hija norma li t-traffiku sar ikun f’kull ħin u mhux forsi bħal qabel filgħodijiet jew x’ħin jispiċċaw l-iskejjel.
Dan qed joħloq stress qawwi fil-popolazzjoni tagħna u rridu jew ma rridux, ikollna nitgħallmu ngħixu biha u nadattaw inkella d-detriment fuqna se jkun qawwi.
Ninnotaw li bħal-lum, festa, tieħu gost itterraq fit-toroq Maltin għaliex dak li jkun jiddeċiedi li joħodha ftit iżjed bil-lajma u b’mod kajman u ma jkunx hemm it-traffiku tas-soltu.
Napprezzaw il-mument!