Kien l-agħar tal-pesta f’Malta … tafuha din l-istorja?

 Kien l-agħar tal-pesta f’Malta … tafuha din l-istorja?

Bħal-lum 28 ta’ Diċembru tal-1675 beda l-agħar attakk tal-pesta f’Malta. L-ewwel mewt kienet fid-dar ta’ merkant tat-tessuti Matteo Bonnici fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta.

Dawn kienu martu u binthom Anna. Iż-żewġ familji tpoġġew fil-Lazzarett. Kien maħsub li l-pesta inġabet Malta minn skwadra ta’ bastimenti tal-gwerra Ingliżi li kienet qed tiġġieled kontra bażi tal-kursari f’Tuneż u fi Tripli, b’Malta bħala bażi.

Din l-epidemija li damet sejra sal-24 ta’ Settembru 1676 kienet ħasdet 11,278 minn popolazzjoni ta’ 51,114. Żewġ postijiet biss ma kinux intlaħqu; l-Imdina u Ħal Safi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com