L-aħjar pjanti biex jgħinuk torqod
Pjanti huma dawk varji, jimlew l-ispazju tad-dar u sbieħ, imma fost l-oħrajn jgħinu wkoll lill-burdata, iżidu l-kreattività, jnaqqsu l-istress, u jgħinu biex jeliminaw l-arja mniġġsa. Illum ser nitkelmu fuq liema pjanti huma l-aħjar biex ikollok aktar irqad tajjeb u hemm bosta, iżda aħna għażilna l-aktar 5 popolari fostna l-Maltin. Hemm ħafna rimedji biex tgħin lilek innifsek torqod aħjar. Filwaqt li toqgħod ‘il bogħod mid-dawl blu u timmedita qabel tmur torqod huma metodi effettivi, mod ieħor biex jgħinek torqod aktar malajr huwa billi ddawwar il-kamra tiegħek f’oasi mimlija pjanti.
L-ewwel pjanta li għażilna hija l-Ġiżimina. Pjanta li tgħin ħafna biex tirrilassa infatti ħafna drabi jużaw iż-żejt tagħha għar-rilassament. Studji juru li r-riħa tal-ġiżimin tgħin biex tnaqqas il-livell ta’ ansjetà u wkoll titjib fil-kwalità tal-irqad.
It-tieni pjanta hija L-Aloe Vera l-aħjar pjanta għall-kwalità tal-arja, apparti hekk din hija pjanta mediċinali fejn tintuża biex tikkura qatgħat u ħruq minuri, gdim ta’ insetti u ġilda xotta. Bħala pjanta tipproduċi ossiġnu billejl u għalhekk itejjeb l-arja fil-kamra tas-sodda tiegħek.
It-tielet pjanta hija l-Lavander, l-aqwa pjanta jekk trid torqod fil-fond. Apparti li r-riħa tagħha tirrilassak, ġiet ippruvata li bħala pjanta tnaqqas ir-rata tal-qalb, il-pressjoni tad-demm u l-livelli ta’ stress, u għalhekk hija perfetta għall-kamra tas-sodda.
Ir-raba pjanta hija propju dik tal-Gamumilla (chamomile) fejn bħala pjanta nużaw ħafna l-ħaxix tagħha mat-tè kif ukoll jintuża ż-żejt għall-irwejjaħ taghha. Bħala riħa li ġġib magħha l-gamumilla tinduċi l-irqad u tippromwovi rqad trankwill.
Il-ħames pjanta li għażilna hija ‘Snake Plant’ l-aqwa pjanta biex tippurifika l-arja fil-kamra tas-sodda. Hekk kif it-tip ta’ pjanta hija purifikatur naturali, mal-lejl tarmi ossiġnu li jgħinek torqod aħjar. Huwa magħruf ukoll li tneħħi xi kimiċi ta’ ħsara mill-arja fejn ħafna drabi dawn il-kimiċi jinstabu fl-isprej tax-xagħar u jista’ jikkawża problemi respiratorji.
Għandkom xi pjanti ġol-kamra tas-sodda?