l-aħjar pjanti għax-xita
Hekk kif dan l-aħħar jiem f’pajjiżna rajna kwantità ta’ xita, hekk ukoll nistaqsu lil dawk in-nies li jħobbu jkabbru l-ħaxix u l-pjanti, liema taħsbu li huma l-aktar pjanti li għandhom bżonn l-ilma? Filwaqt li l-ispeċi kollha tal-pjanti jeħtieġu l-ilma, xi wħud jeħtieġu aktar minn oħrajn. Huwa għalhekk li xi speċi jikbru l-aħjar f’kundizzjonijiet xemxija u niexfa, filwaqt li oħrajn jgħixu fi klima mxarrba u bix-xita. Allura, aħna għażilna 3 pjanti li żgur imorru tajjeb f’ dan it-temp ta’ xita.
Nibdew mil-ħjara, hekk kif bħala pjanta li għandha bżonn ħafna ilma, jeħtieġ li jkollha ħamrija niedja ħafna. Madankollu, m’għandhiex tkun mgħarrqa bl-ilma peress li l-għeruq ma jifilħux l-ilma. Fir-rigward tad-dawl, huma jgħixu l-aħjar meta jkunu fid-dawl tax-xemx dirett, peress li dan jiffaċilita l-aħjar tkabbir. Il-pjanta tal-ħjar għandha idealment tirċievi mill-inqas 6 sigħat ta’ dawl tax-xemx dirett kuljum.
Pjanta oħra li naraw hija propju: ‘Eugenia Etna Fire’ fejn ġiet prodotta fi Sqallija f’dawn l-aħħar snin. Dawn it-tip ta’ pjanti jgħixu f’kundizzjonijiet kesħin kif ukoll sħan, f’temperaturi għoljin u baxxi jagħmluha eċċellenti għall-klima tagħna ta’ Malta. Il-kulur u l-lewn tal-weraq aħmar ruby jagħmilha tidher attraenti ħafna.
Bayleaf jew hekk kif nafuha aħna l-Maltin, Randa. Huwa arbuxxell aħdar li jikber bil-mod u huwa magħruf speċjalment għall-weraq aromatiċi tiegħu li jintuża ta’ spiss fil-kċejjen tal-Mediterran specjalment fil-kċejjen tagħna l-Maltin. Bħala pjanta tajjeb li titqiegħed fix-xemx iżda wkoll għandha bżonn l-ilma hekk kif il-ħamrija tagħha trid tinżamm niedja.