L-ixkubetta fiha l-grillu u kulħadd jagħmel kif jaqbillu!
Qawl Malti li jibqa’ jgħodd, jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien. Tużah sta għall-ħbiberiji, politika, ħajja ta’ kuljum u iżjed.
Hija norma li dak li jkun ilissen ‘għall-ġid tiegħek qed ngħidlek’, imma veru għall-ġid tiegħi? ‘Għall-aħjar ta’ kulħadd’, imma veru għall-aħjar ta’ kulħadd? Spiss ikun hemm aġendi moħbija; eżempju xi promozzjoni biex nidhru sbieħ.
Ovvjament ma rridux inkunu negattivi, imma hija fatt. tajjeb li nieħdu ħsieb lil xulxin meta nagħmlu li jaqblilna … fiha x’tomgħod din!