“M’hemmx x’tagħmel għall-gwerra ħlief li niġġildulha b’imħabba”
Filmat ħelu b’messaġġ qawwi li nħadem fil-barracks tas-suldati f’Selmun, il-kumpaniji Ponder & Pitch mmexxijja minn Yanis Azzopardi li hija creative studio, li tiffoka fuq marketing u design flimkien ma’ Nest Creative Lab; Audio Visual Company mmexxijja minn Rodney Gauci u l-kompożitur bravu Daniel Cauchi, wasslu messaġġ importanti f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.
L-iskop tagħhom kien li jagħmlu azzjoni kontra l-gwerra imma mhux bl-armi qerrieda imma bl-arma viżwali u mużikali fejn qed juru li b’xi mod jew ieħor, aħna xorta nistgħu nagħmlu differenza mqar f’qalb persuna waħda.
Dawn l-imħuħ ħadmu fuq proġetti diversi matul is-sena u xtaqu li jagħlqu s-sena 2023 permezz ta’ dan il-filmat.
It-tfal li ħadu sehem huma taħlita ta’ tfal Maltin u barranin li ltaqgħu flimkien u ngħaqdu għal dan l-iskop. Apparti l-messaġġ kontra l-gwerra, dan il-filmat għandu skopijiet u messaġġi oħra fosthom li t-tfal ma jafux mibgħeda u differenzi.
“Aħna fi dmirna li nagħtu dinja paċifika lit-tfal u ngħinuhom jingħaqdu dejjem fejn ninsew il-piki u l-firdiet”, temm magħna Yanis.
Araw il-filmat hawnhekk: https://www.facebook.com/PonderandPitch/videos/1102987417285607/