Minn għada nibdew id-dieta?
Ħaħa tajba din! Min jaf kemm smajnieha matul il-parties li kellna f’din il-ġimgħa… li mit-2 ta’ Jannar nibdew id-dieta. Frażi ripetuta ta’ kull sena.
Imma nsomma, baqa’ l-Epifanija ta … mela ejjew nibdew wara s-6 ta’ Jannar.
Apparti ċ-ċajt, f’dan iż-żmien kulħadd iżid xi ftit tal-piż. Kulħadd le, għax ma tista’ qatt tiġġeneralizza. Issib dawk li kif jibdew ix-xahar ta’ Diċembru, jispiċċawh …. jiġifieri la jżidu u anqas inaqqsu.
Int ma’ liema kategorija taqa’?
Nota ġenerika: Tajjeb nieħdu ħsieb saħħitna u ma nesaġerawx. Veru żmien il-ferħ u l-ikliet, imma l-esaġerazzjoni mhux biss qiegħda għal meta nirreferu għall-alkoħol, imma f’kollox. Ħudu ħsieb.