Qatt tajtu rigali tal-Milied sinifikanti?

Hekk kif il-Milied jinsab ftit ġranet ‘il bogħod u l-festini bdew ġmielhom, ejjew naħsbu ftit mhux biss fir-rigali materjali jew finanzjarji, iżda naħsbu anke f’rigali sinifikanti. Dawn xi jkunu?, tgħidu bejnkom u bejn ruhkom! Jistgħu jkunu ħafna affarijiet differenti sakemm huwa b’sinifikant u maħsub biex turi l-gratitudni lejn il-maħbubin tiegħek. Bħal ngħidu aħna, tgħin lil xi ħadd familjari billi tixtrilhom xirja ikel jew iġġibilhom cleaner id-dar biex tgħinhom fit-tindif. Tista’ anke tħallsilhom xi kont tad-dawl jew twassalhom xi mkien. Kullħadd ikun jixtieq li jsib l-ikel lest speċjalment wara ġurnata xogħol … tista’ tieħu ħsieb issajrilhom jew sempliċiment taħslilhom il-ħwejjeġ u l-platti.
Rigal m’għandux għalfejn ikun jiswa ħafna flus, iżda ara li dak li tagħti tagħtieh bi skop u minn qalbek!