Rigali tas-‘Secret Santa’

Hekk kif bdew l-avvenimenti tal-Milied, hekk ukoll bdew in-nies jippreparaw għax-xiri tar-rigali. Ħafna kumpaniji, dipartimenti, familji u ħbieb qabdu din it-tradizzjoni tas-‘Secret Santa’ fejn wieħed jikteb l-ismijiet tal-parteċipanti u kulħadd irid itella’ bil-polz l-isem ta’ individwu ieħor biex jixtrilu rigal, iżda ħadd ma jkun jaf ta’ xulxin. Xi kultant issib ruħek f’sitwazzjoni antipatka għax forsi ma tkunx taf eżattament il-persuna xi tkun trid jew x’tixtieq, għalhekk hawn ħafna min juża siti onlajn bħal ‘Elfster’ fejn jistgħu jagħmlu użu minnha eletronikament, fejn itella’ l-isimijiet tan-nies u kif ukoll kulħadd ikun jista’ jagħmel lista tax-xewqat tar-rigali li jkun jixtieq li jaqla’.
Faċli le?