Ta’ 17-il sena dar id-dinja waħdu
X’gazz u x’ambizzjoni kbira jrid ikollok biex jirnexxielek tikseb ‘goal’ f’ħajtek li ddur id-dinja waħdek ta’ 17-il sena. Hekk imma rnexxielu Mack Rutherford, fejn għal 5 xhur u ġurnata rnexxielu jkun l-iżgħar persuna li tar waħdu madwar id-dinja fejn żar 52 pajjiż.
Hu kien għad kellu biss 16-il sena lura f’Marzu 2022 meta beda din l-avventura tiegħu. Tar b’ajruplan ħafif tal-‘aircraft’ li għandu performa tajba ħafna fejn beda u temm il-vjaġġ tiegħu f’ajruport qrib Sophia, il-Bulgarija. Dan il-vjaġġ għen ukoll biex jigi ttestjat l-metall tal-ajruplan fi klimi differenti permezz ta’ ‘monsoons’ u temperaturi estremi.
Lura mal-wasla tiegħu huwa skopra li kien kiser żewġ rekords mondjali tal-Guinness hekk kif huwa l-iżgħar persuna li qatt taret madwar id-dinja waħdu, u wkoll l-iżgħar persuna li għamilha f’ajruplan tal-aircraft ħafif.
Kellu ħolma u wettaqha, u ma ħalla xejn jaqtgħalu qalbu. X’kuraġġ u proset ferm.