Taf li hemm ċinema bis-sodod?
Timmaġinak tmur ic-cinema u flok siġġu normali ssib sodod? Din mhux immaġinazzjoni biss iżda fl-Isvizzera hemm ċinema bl-isem ta’ ‘Cinema Pathé’, li għandhom sodod minflok siġġijiet u ha ngħidlek jidhru komdi. Ngħiduha kif inhi, ġieli jiġi l-aptit li flok tara film id-dar fuq is-sufan tintefa’ ġos-sodda u tarah minn hemm sewwa, u din il-ħolma saret realtà għal ħafna nies. Dan iċ-ċinema jinkludi dawn is-sodod VIP fejn huma kompleti b’ lożor, hemm fejn isseraħ rasek sewwa biex ma taqlax għonqok tara l-film u anke kutri.
Għal $48.50, inkluż il-biljett għall-film ikollok ukoll xorb u snacks kumplimentari, flimkien ma’ papoċċi u anke komodini biex verament tkun qisek qiegħed id-dar. Hekk kif ovvjament hafna nies imorru għall-esperjenza, ic-CEO ta’ dan iċ-ċinema qal li l-iġene hija mportanti ħafna u jieħdu ħsieb kemm jista’ jkun u għalhekk jaraw li l-lożor huma mnaddfa sewwa u mibdula qabel kull film.