Tiċċelebra 115-il sena … tgħid li s-sigriet huwa li tiekol il-fażola

Jisimha Helena Pereira dos Santos. Qed tiċċelebra l-115-il sena tagħha f’din id-dinja u s-sigriet tagħha qalet li hu; ikla kontinwa ta’ fażola.
Għandha 15-il-neputi u temmen bis-sħiħ li l-fatt li hija tiekol ħafna fażola, żammitilha dieta bilanċjata u b’saħħitha għal madwar 11-il seklu.
Twieldet fl-1908; ifisser li meta għereq it-Titanic kellha biss 4 snin u 6 snin meta faqqgħet l-ewwel gwerra dinjija.
Fost is-sigrieti l-oħra li żammewha ħajja, issemmi l-irqad b’mod san, l-eżerċizzju fiżiku u l-pożittività.
Sal-lum, Helena għadha indipendenti u tbiegħ is-saħħa u l-enerġija. Xi ġmiel!